Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Marzu 2011 - Milux vs UASI (REFLUXCONTROL et)

(Kawża T-139/10, T-280/10 sa T-285/10 u T-349/10 sa T-352/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat li mgħandux il-kwalità ta' terzi - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding SA (Luxembourg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta' Jannar 2010 (Każ R 1134/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REFLUXCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-139/10), tad-29 ta' April 2010 (Każ R 1432/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEURYSMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-280/10), tad-29 ta' April 2010 (Każ R 1433/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali APPETITECONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-281/10), tat-8 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1434/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STOMACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-282/10), tas-17 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1435/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BMICONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-283/10), tat-3 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1438/200-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IMPLANTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-284/10), tad-29 ta' April 2010 (Każ R 1444/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHEMOCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-285/10), tad-29 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1436/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OVUMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-349/10), tat-2 ta' Lulju 2010 (Każ R 1437/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HEARTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-350/10), tat-28 ta' Lulju 2010 (Każ R 1439/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali VESICACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-351/10), u tat-28 ta' Lulju 2010 (Każ R 1443/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RECTALCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-352/10).

Dispożittiv

1)    Il-Kawżi T-139/10, T-280/10 sa T-285/10 u T-349/10 sa T-352/10 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

2)     Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)    Milux Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 148, 5.6.2010.