Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2010 - Milux vs UASI (ANEURYSMCONTROL)

(Kawża T-280/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' April 2010 fil-Każ R 1433/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ANEURYSMCONTROL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b'mod żbaljat il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni għal fatti ta' din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.

____________