Language of document : ECLI:EU:T:2011:47





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 – J & F Participações vs UASI – Plusfood Wrexham (Friboi)

(Kawża T-324/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Friboi – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FRIBO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 26, 27)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 45, 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ April 2009 (Każ R 824/2008‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fribo Foods Ltd u Agropecuaria Friboi, Ltda.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

J & F Participações SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Friboi għal prodotti fil-klassi 29

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Plusfood Wrexham Ltd

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Brittanika FRIBO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark verbali Brittanika Fribo għal prodotti fil-klassi 29; trade mark verbali Ġermaniża FRIBO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva Ġermaniża FRIBO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark verbali Franċiża FRIBO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva Franċiża FRIBO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark verbali Taljana FRIBO għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva Taljana FRIBO għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell milqugħ parzjalment


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J & F Participações SA hija kkundannata għall-ispejjeż.