Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2014 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Healing Herbs (NOTFALL)

(Kawża T-188/13) 1

[“Trade Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja NOTFALL – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 52(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Healing Herbs Ltd (Walterstone, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Price, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 132/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Murnauer Gerbs Ltd u Markenvertrieb GmbH.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud. 2)    Murnauer Markenvertrieb GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u l-ispejjeż ta’ Healing Herbs Ltd.