Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2008 - Zipcar vs UASI - Canary Islands Car (ZIPCAR)

(Kawża T-36/07)1

(Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja ZIPCAR - Trade mark nazzjonali preċedenti CICAR - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probbabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zipcar, Inc (Cambridge, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Elmslie, solicitor, u N. Saunders, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Canary Islands Car, SL (San Bartolome, Spanja)

Suġġett

Appell imressaq kontra d-deċiżjoni tat-tieni Bord ta' l-appell tal-UASI tat-30 ta' Novembru 2006 (kawża R 122/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Canary Islands Car, SL u Zipcar, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Zipcar, Inc ħija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 14.04.2007.