Language of document : ECLI:EU:T:2013:702





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2013 – von Storch et vs BĊE

(Kawża T-492/12)

“Rikors għal annullament – Deċiżjonijiet adottati mill-BĊE – Speċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw tranżazzjonijiet monetarji f’titoli tal-Eurosistema – Miżuri intiżi għaż-żamma tad-disponibbiltà tal-garanziji – Miżuri temporanji li jirrigwardaw tranżazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-garanziji – Assenza ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti li jbiddlu s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent – Deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew li japprovaw l-adozzjoni ta’ miżuri li jirrigwardaw it-tranżazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema kif ukoll l-eliġibbiltà u d-disponibbiltà tal-garanziji – Assenza ta’ effett legali vinkolanti fuq ir-rikorrent – Inammissibbiltà (Ir-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Linji Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2012/23) (ara l-punti 29, 32, 38, 42)

2.                     Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Modalitajiet – Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qorti tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura ġuridika tal-att ikkontestat – Possibbiltà li jintuża rikors għal annullament jew rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità (Artikoli 263 TFUE, 267 TFUE, 268 TFUE, 277 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 44-46)

3.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal- istituzzjonijiet – Atti ta’ portata ġenerali – Neċessità għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrikorru għall-eċċezzjoni ta’ illegalità jew ta’ rinviju preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità – Obbligu tal-qrati nazzjonali li japplikaw ir-regoli proċedurali nazzjonali b’mod li jippermettu l-kontestazzjoni tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Ftuħ tar-rikors għal annullament quddiem il-qorti tal-Unjoni fil-każ tal-assenza ta’ rimedji ġudizzjarji quddiem il-qorti nazzjonali – Esklużjoni (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE; Artikoli 263 TFUE, 267 TFUE u 277 TFUE) (ara l-punti 47, 48)

Suġġett

Talba għall-annullament, b’mod prinċipali, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-BĊE, tas‑6 ta’ Settembru 2012, dwar ċertu numru ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw tranżazzjonijiet monetarji f’titoli tal-Eurosistema fis-swieq sekondarji tad-dejn sovran, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-BĊE, tas‑6 ta’ Settembru 2012, li tadotta miżuri supplementari intiżi għaż-żamma tad‑disponibbiltà tal-garanziji sabiex jinżamm l-aċċess tal-kontropartijiet għat-tranżazzjonijiet li jipprovdu likwidità tal-Eurosistema, u, sussidjarjament, tal-Linja Gwida tal-BĊE 2012/641/UE, tal‑10 ta’ Ottubru 2012, li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/23) (ĠU L 284, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Sven von Storch u l-5216-il rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għal dan id-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).