Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta April 2017 – Adapta Color vs EUIPO – Coatings Foreign IP (Rustproof System ADAPTA)

(Kawża T-226/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Rustproof System ADAPTA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 905 548

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2408/2015-5

Talbiet

tilqa’ r-rikors preżenti fl-intier tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, f’dan il-każ, il-parti l-oħra, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-kawża T-223/17.

____________