Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-229/17) 1

(Approssimazzjoni tal-liġijiet – Regolament (UE) Nru 305/2011 – Regolament (UE) Nru 1025/2012 – Prodotti tal-bini – Standards armonizzati EN 14342:2013 u EN 14904:2006 – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u J. Möller, sussegwentement minn J. Möller, aġenti, assistiti minn M. Winkelmüller, F. van Schewick u M. Kottmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Zavvos u C. Hermes, sussegwentement minn C. Hermes u M. Huttunen, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament, fl-ewwel lok tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/133 tal-25 ta' Jannar 2017 dwar iż-żamma b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 14342:2013 “Pavimentar tal-injam: Karatteristiċi, evalwazzjoni ta' konformità u mmarkar” skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 21, p. 113), fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/145 tal-25 ta’ Jannar 2017 dwar iż-żamma b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 14904:2006 “Superfiċji għal spazji għall-isport — Superfiċji fuq ġewwa li jintużaw għal aktar minn sports wieħed: Speċifikazzjoni” skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 22, p. 62), fit-tielet lok, tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU 2017, C 76, p. 32) sa fejn din tirreferi għall-istandards armonizzati EN 14342:2013 u EN 14904:2006, fir-raba’ lok tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2017 fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 305/2011 (ĠU 2017, C 267, p. 16), sa fejn din tirreferi għall-istandards armonizzati EN 14342:2013 u EN 14904:2006, fil-ħames lok, tal-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 305/2011 (ĠU 2017, C 435, p. 41), sa fejn din tirreferi għall-istandards armonizzati EN 14342:2013 u EN 14904:2006, u, fis-sitt lok, tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2018 fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 305/2011 (ĠU 2018, C 92, p. 139), sa fejn din tirreferi għall-istandards armonizzati EN 14342:2013 u EN 14904:2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għanda tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 195, 19.6.2017.