Language of document : ECLI:EU:T:2019:247





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 – Adapta Color vs EUIPO – Coatings Foreign IP (Bio proof ADAPTA)

(Kawża T-225/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Bio proof ADAPTA – Dikjarazzjoni ta’ Invalidità mill-Bord tal-Appell – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001) – Ksur tad-dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali  – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 14)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità  – Bżonn ta’ eżaminazzjoni stretta u kompleta f’kull każ konkret

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punti 21, 56, 57)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li taqta’ proċedimenti ta’ invalidità – Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ fatti ġodda – Inammissibbiltà – Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ġurisprudenza tal-Unjoni jew ta’ ġurisprudenza nazzjonali jew internazzjonali li ma tkunx ġiet invokata quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 22)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punti 28, 32, 33)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punti 38, 39)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni – Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni – Distinzjoni

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 40)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punti 47-49)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 66)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 67, 68)

10.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 69)

11.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009 – Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità – Data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7 u 52(1)(a))

(ara l-punt 82)

12.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark figurattiva Bio proof ADAPTA

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a))

(ara l-punti 85-88, 91-95, 98, 99)

13.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 97)

14.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rifjut ta’ reġistrazzjoni bbażat fuq waħda mir-raġunijiet assoluti għal rifjut elenkati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – Natura suffiċjenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1))

(ara l-punt 100)

15.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta' evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u (c) u 52(2))

(ara l-punt 107)

16.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3))

(ara l-punti 108-110)

17.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade mark figurattiva Bio proof ADAPTA

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u (c) u (3) u 52(2))

(ara l-punti 116, 120, 121)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 (Każ R 311/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Coatings Foreign IP u Adapta Color.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adapta Color, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.