Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 — Guangdong Kito Ceramics et vs Il-Kunsill
(Kawża T‑633/11)
“Dumping — Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Nuqqas ta’ kooperazzjoni — Informazzjoni neċessarja — Termini previsti — Data disponibbli — Artikolu 18(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”
1. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Regoli dwar il-kalkolu tal-marġni antidumping li jinsabu fil-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 — Traspożizzjoni fid-dritt tal-Unjoni bir-Regolament antidumping bażiku — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament fid-dawl tal-ftehim antidumping (Ftehim fuq l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 6.8; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18) (ara l-punti 38-40)
2. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Limiti — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009) (ara l-punti 41-43)
3. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Użu tad-data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża — Kundizzjonijiet — Rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni neċessarja — Kunċett ta’ informazzjoni neċessarja — Interpretazzjoni fid-dawl ta’ rapport ta’ grupp speċjali stabbilit fl-ambitu tad-WTO (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1)) (ara l-punti 44-46)
4. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Użu tad-data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża — Kundizzjonijiet — Informazzjoni neċessarja li ma ġietx fornita fit-termini previsti mir-Regolament bażiku — Interpretazzjoni fid-dawl tal-Ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 (Ftehim fuq l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 6.8; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 6(2) u 18(1)) (ara l-punti 55, 57, 59, 61, 63, 70, 73, 85-87)
5. Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Estensjoni ta’ motiv imsemmi qabel — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punt 65)
6. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Użu tad-data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża — Konsegwenzi — Inapplikabbiltà tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1) u (3)) (ara l-punti 97-99)
7. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li ma hijiex l-aħjar fl-aspetti kollha — Kundizzjonijiet — Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 (Ftehim fuq l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “Ftehim antidumping tal-1994”; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 100, 102, 103, 105, 108)
8. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Regolament li jimponi dazji antidumping (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 120)
Suġġett
| Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1). |
Dispożittiv
2) | | Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) | | Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
4) | | Cerame-Unie AISBL, Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER), Confindustria Ceramica, Casalgrande Padana SpA u Etruria Design Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |