Language of document : ECLI:EU:C:2021:437





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat3 ta’ Ġunju 2021 – IlKummissjoni vs IlĠermanja (Valuri limiti – NO2)

(Kawża C-635/18) (1)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ambjenti – Artikolu 13(1) u Anness XI – Eċċess sistematiku u persistenti tal-valur limitu għad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet tal-Ġermanja – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu ta’ eċċess ‘l-iqsar possibbli’ – Miżuri xierqa”

1.      Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Preċiżjoni tal-ilmenti inizjali fir-rikors promotur – Ammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 47)

2.      Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti li seħħew wara l-opinjoni motivata – Kundizzjonijiet – Fatti tal-istess natura u li jikkostitwixxu aġir bħal dak li sar riferiment għalih oriġinarjament

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punti 53 sa 58)

3.      Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ambjenti – Direttiva 2008/50 – Valuri limiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Eċċess sistematiku u persistenti – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikolu 13(1) u Anness XI)

(ara l-punti 77 sa 84, 89, 90, u d-dispożittiv 1)

4.      Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ambjenti – Direttiva 2008/50 – Valuri limiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – – Dijossidu tan-nitroġenu – Eċċess – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Eċċess ta’ valur limitu minn punt ta’ kampjun uniku – Ammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikoli 13(1) u 23(1), u Anness XI)

(ara l-punti 86, 87)

5.      Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ambjenti – Direttiva 2008/50 – Valuri limiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – – Dijossidu tan-nitroġenu – Eċċess – Konsegwenzi – Obbligu għall-Istat Membru li jistabbilixxi pjan bħala rimedju – Terminu – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri xierqa u effiċjenti li jiggarantixxu l-perijodu ta’ eċċess l-iqsar possibbli – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikoli 13(1) u 23(1), u Annessi XI u XV)

(ara l-punti 138 sa 152, u d-dispożittiv 1)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

–        billi eċċediet sistematikament u persistentement, mill-1 ta’ Jannar 2010 sas-sena 2016 inkluża, minn naħa, il-valur limitu annwali għad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) f’26 żona u agglomerazzjoni li jinsabu fit-territorju Ġermaniż, jiġifieri ż-żoni DEZBXX0001A (agglomerazzjoni ta’ Berlin), DEZCXX0007A (agglomerazzjoni ta’ Stuttgart), DEZCXX0043S (id-distrett reġjonali ta’ Tübingen), DEZCXX0063S (distrett reġjonali ta’ Stuttgart (mingħajr agglomerazzjoni)), DEZCXX0004A (agglomerazzjoni ta’ Freiburg), DEZCXX0041S (distrett ta’ Karlsruhe (mingħajr l-agglomerazzjonijiet)), DEZCXX0006A (agglomerazzjoni ta’ Mannheim/Heidelberg), DEZDXX0001A (agglomerazzjoni ta’ München), DEZDXX0003A (agglomerazzjoni ta’ Nürnberg/Fürth/Erlangen), DEZFXX0005S (Żona III Mittelhessen u Nordhessen), DEZFXX0001A (agglomerazzjoni I (Rhein-Main)), DEZFXX0002A (agglomerazzjoni II (Kassel)), DEZGLX0001A (agglomerazzjoni ta’ Hamburg), DEZJXX0015A (Grevenbroich (iż-żona tal-minjieri tal-linjite tar-Rhein), DEZJXX0004A (Köln), DEZJXX0009A (Düsseldorf), DEZJXX0006A (Essen), DEZJXX0017A (Duisburg, Oberhausen, Mülheim), DEZJXX0005A (Hagen), DEZJXX0008A (Dortmund), DEZJXX0002A (Wuppertal), DEZJXX0011A (Aachen), DEZJXX0016S (żoni urbani u żoni rurali fin-Nordrhein-Westfalen), DEZKXX0006S (Mainz), DEZKXX0007S (Worms/Frankenthal/Ludwigshafen), DEZKXX0004S (Koblenz/Neuwied) u, min-naħa l-oħra, il-valur limitu għal kull siegħa stabbilit għan-NO2 fi tnejn minn dawn iż-żoni, jiġifieri l-agglomerazzjonijiet DEZCXX0007A (agglomerazzjoni ta’ Stuttgart) kif ukoll DEZFXX0001A (agglomerazzjoni I (Rhein-Main)); naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 13(1) u l-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa,

–        billi ma adottatx, mill‑11 ta’ Ġunju 2010, miżuri xierqa sabiex tiggarantixxi l-osservanza tal-valuri limiti stabbiliti għan-NO2 f’dawn iż-żoni kollha, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1), moqri waħdu jew flimkien mas-Sezzjoni A tal-Anness XV tad-Direttiva 2008/50 u, b’mod partikolari, l-obbligu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, li tiżgura li l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jipprovdi miżuri xierqa sabiex il-perijodu ta’ eċċess tal-valuri limiti jkun l-iqsar possibbli.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha stess, għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


1 ĠU C 436, 3.12.2018.