Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' April 2012 - De Nicola vs BEI

(Kawża T-37/10 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta' evalwazzjoni u ta' promozzjoni tal-2006 - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Portata tal-istħarriġ - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta' teħid ta' responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għad-danni" )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-30 ta' Novembru 2009, De Nicola vs BEI, (F-55/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-30 ta' Novembru 2009, De Nicola vs BEI (F-55/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) hija annullata, inkwantu din tiċħad, l-ewwel nett, it-talbiet ta' Carlo De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), it-tieni nett, it-talbiet tiegħu intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni ta' rifjut tal-promozzjoni tiegħu fil-kuntest tas-sena 2006, kif ukoll tal-atti kollha relatati, konsekuttivi u qabel din id-deċiżjoni, u t-tielet nett, it-talbiet tiegħu intiżi għar-rikonoxximent tar-responsabbiltà tal-BEI minħabba l-fastidju li huwa kien eżerċita fir-rigward tiegħu u intiżi għall-kumpens għad-danni allegati f'dan ir-rigward.

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010.