Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - El Corte Inglés vs UASI - Pucci International (PUCCI)

(Kawża T-39/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUCCI - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Emidio Tucci u E. TUCCI - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Emidio Tucci - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) u l-inċiż (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ miksub b'mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. López Camba, J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Ottubru 2009 (Każ R 173/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Emilio Pucci International BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.