Language of document : ECLI:EU:T:2014:61





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑40/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi tal-landa u tal-istabilizzaturi termiċi ESBO/esters — Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Multi — Talba għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Informazzjoni tardiva tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni — Tul tal-proċedura amministrattiva — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Tul tal-ksur — Preskrizzjoni — Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur li seħħ fil-passat — Multi imposti fuq il-kumpannija parent ta’ ammont differenti minn dawk imposti fuq is-sussidjarja — Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Obbligu tal-Kummissjoni li tavża lill-impriżi kkonċernati permezz ta’ investigazzjoni dwar il-possibbiltà li jiġu adottati miżuri istruttorji jew proċeduri kontra qabel ma tintbagħat kwalunkwe dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Assenza — Evalwazzjoni mill-qorti tal-Unjoni ta’ ksur eventwali tad-drittijiet tad-difiża minħabba informazzjoni tardiva tal-impriżi kkonċernati — Kundizzjonijiet — Neċessità għal dawn l-impriżi li jibbażaw ruħhom fuq argumentazzjoni konkreta, preċiża u ddettaljata (Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 44-54, 67-79)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ) (ara l-punt 90)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura — Kundizzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati — Effett tat-tul eċċessiv tal-proċedura fuq il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Assenza (Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 99-107, 111-113)

4.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni — Elementi insuffiċjenti biex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 126, 127, 138-149, 180-190, 201, 202)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li tikkonċerna diversi destinatarji — Imputazzjoni tal-prattiki ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Neċessità ta’ motivazzjoni espliċita — Portata (Artikoli 81 KE u 253 KE) (ara l-punti 152-160, 163-173)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Sensiela ta’ indizji — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà jew it-tul tal-ksur (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 214-223, 242-246)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata — Rilevanza — Applikazzjoni ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni għall-ammont inizjali — Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 311-316, 350-363)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Kumpannija parent u sussidjarja li ffurmaw, fi żmien it-twettiq tal-ksur, impriża fis-sens tal-Artikolu 81 KE u li waqfu jeżistu taħt din il-forma fil-ġurnata tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa — Żieda applikata, bħala dissważjoni, lill-kumpannija parent biss, ikkalkolata skont l-ammont bażiku tal-multa imposta in solidum fuq il-kumpanniji li kienu jappartjenu lill-impriża u li diġà tinkludi żieda speċifika bħala dissważjoni — Ammissibbiltà (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 317-320, 325-331, 364, 365, 373-377)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 — Ksur tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 30) (ara l-punti 332-342)

10.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni ta’ ksur — Interess leġittimu li ssir il-konstatazzjoni — Rilevanza biex jinftiehem il-funzjonament tal-akkordju kollu kemm hu (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 7(1) (ara l-punti 389, 391-397)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Unjoni — Portata (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punt 403)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal‑11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.