Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 - ISDIN vs UASI - Pfizer (ISDIN)
(Kawża T-467/08)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Isdin, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Ltd (Sandwich, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1031/2007-1; u
Tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "ISDIN" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 - Applikazzjoni Nru 3 288 339
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali Irlandiża "ISTIN" irreġistrata bin-Nru 64 939 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali tar-Renju Unit "ISTIN" irreġistrata bin-Nru 824978 għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade marks ikkonċernati jixxiebhu, li l-prodotti inkwistjoni ftit li xejn jixxiebhu u li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.
____________