Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2012 - Meta Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Coltelli u A. Formica, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla n-Nota tad-D.G Enterprise and Industry tal-Kummissjoni Ewropea Nru 939970, tat-2 ta' Awwissu 2012, li r-rikorrenti rċevit fl-20 ta' Awwissu 2012, u ffirmata mid-Direttur tal-Unità "Industrial Innovation and Mobility Industries" li għandha bħala suġġett il-"launch recovery procedure to FP5-FP6 payment contracts No 517557 IRE6 INNOVATION COACH, 517539 IRE6 MARIS, 517548 IRE6 RIS MAZOVIA, 030583 CONNECT-2-IDEAS, 039982 EASY, 014660 RIS MALOPOLSKA, 517529 IINNSOM, 014637 RIS TRNAVA and 014668 RIS WS' iffirmata mid-Direttur Dr Carlo Pettinelli, li permezz tagħha ġiet ikkomunikata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni "to recover the amount of EUR 345 451.03 under the above agreement".

U sa fejn meħtieġ:

tannulla n-nota tad-D.G Enterprise and Industry tal-Kummissjoni Ewropea Nru 660283 tal-1 ta' Ġunju 2012, iffirmata mid-Direttur tal-Unità "Industrial Innovation and Mobility Industries" u li għandha l-istess suġġett, li hija kkontestata wkoll bħala att intern tal-proċedura ta' rkupru li ġiet konkluża bl-adozzjoni tad-dispożizzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti.

tannulla n-nota tas-27 ta' Settembru 2012, li għandha bħala suġġett it-tpaċija tal-ammont dovut minħabba l-irkupru mal-bilanċ ta' kreditu tar-rikorrenti marbut mal-istess proġetti suġġetti għal sussidju.

tannulla n-nota tas-27 ta' Settembru 2012, li għandha bħala suġġett it-tpaċija tal-ammont dovut minħabba l-irkupru mal-bilanċ ta' kreditu tar-rikorrenti.

tannulla n-nota tal-Kummissjoni Ewropea, Budget Execution (general budget and EDF) tal-10 ta' Ottubru 2012, li permezz tagħha ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti t-tpaċija ma' ammont addizjonali ta' kreditu, li jammonta għal EUR 294 290.59.

tannulla kull miżura preżunta, relatata jew sussidjarja.

U għalhekk:

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta' EUR 294 290.59, flimkien mal-ammont ta' EUR 54 705.97, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu konsegwenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda il-ftehim għal sussidji konklużi bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tal-"Ħames u tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea".

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq ħames motivi:

L-ewwel motiv, li jirrigwarda ksur tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim għal Sussidji, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta' raġonevolezza u fuq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti.

F'dan ir-rigward għandu jingħad li r-rikorrenti pprovdiet prova li r-remunerazzjoni lill-ħaddiema membri tagħha stess hija skont il-valur tas-suq, kif ukoll skont ir-remunerazzjoni li rċevew il-ħaddiema għal rashom "parasubordinati" u impjegati li jwettqu attività simili. Barra minn hekk, l-involviment ta' esperti internazzjonali impjegati fl-attività marbuta mal-proġetti inkwistjoni, reklutati b'kuntratt ta' "kollaborazzjoni koordinata u kontinwatà", hija perfettament leġittima.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità tal-azzjoni amministrattiva, kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, ta' trasparenza u li l-kriterji jiġu ddeterminati minn qabel.

F'dan ir-rigward għandu jingħad li l-eżistenza ta' diversi kriterji li jistgħu jintużaw sabiex jiġu ddeterminati l-metodi tal-kalkolu tar-remunerazzjoni kellha twassal lill-amministrazzjoni biex tadotta l-kriterju l-iktar favorevoli għall-individwi privati. Ladarba ġiet ikkonstata differenza sinjifikattiva bejn ir-rati mħallsa fis-suq Taljan u dawk Ewropew għall-istess servizzi, kien opportun għall-amministrazzjoni li tadotta soluzzjoni li toħloq l-inqas preġudizzju possibbli.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' raġonevolezza tal-azzjoni amministrattiva, fuq kontradizzjoni manifesta u fuq l-inugwaljanza fit-trattament.

F'dan ir-rigward għandu jingħad li filwaqt li l-ġustifikazzjoni mogħtija għall-miżura kkontesta hija li l-metodu ta' kalkolu użat għall-ispejjeż eliġibbli u għar-remunerazzjoni huwa illegali, din il-miżura hija b'mod ċar f'kontradizzjoni ma' deċiżjonijiet preċedenti adottati mill-Kummissjoni, peress din l-istess metodoloġija inkwistjoni tqieset b'mod pożittiv minn din tal-aħħar.

Ir-raba' motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta' bona fide, kif ukoll tal-prinċipju ta' protezzjoni tad-drittijiet miksuba, ta' ċertezza legali u l-obbligu ta' diliġenza.

F'dan ir-rigward għandu jingħad li l-aġir tal-Kummissjoni wassal għal aspettattivi leġittimi, inkwantu l-għażla tal-amministrazzjoni li tissuġġetta l-konklużjoni tal-ftehim għal sussidji marbuta mal-proġett ECOLINK + "in accordance with the solution elaborated to the noteworthy findings of a recent audit report" u d-deċiżjoni li fl-emenda suċċessiva tal-ftehim jiġi pprovdut li, fir-rigward tax-Shareholders, kien hemm bżonn li tintuża "the methodology annexed to the contract and the relative costs are reported in the company's books" juri li jista' jiġi dedott li fil-fatt il-Kummissjoni, f'dan l-istadju, kienet aċċettat l-metodi ta' kalkolu tal-ispejjeż proposti minn META.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti, il-ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju, tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, tal-proċeduri stabbiliti fil-ftehim għal sussidji, kif ukoll tal-Kodiċi tal-Etika Amministrattiva.

____________