Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2012 - Sothys Auriac vs UASI - Grand Hotel Primavera (BEAUTY GARDEN)

(Kawża T-470/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sothys Auriac (Auriac, Franza) (rappreżentant: A. Berthet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grand Hotel Primavera SA (Borgo Maggiore, San Marino)

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li dan ir-rikors huwa ammissibbli ;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta' Lulju 2012, fil-Każ R 1419/2011-1 ;

tikkudanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : trade mark verbali " BEAUTY GARDEN " għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 29, 30 u 32 - Trade mark Komunitarja Nru 3 456 134

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Grand Hotel Primavera SA

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark nazzjonali figurattiva li fiha l-element verbali " BEAUTY GARDEN ", għal prodotti fil-klassijiet u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-talba hija parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ir-rikors huwa parzjalment miċħud u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni hija parzjalment annullata u rriformata mill-Bord tal-Appell

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 76(1) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-prinċipju ġenerali ta' motivazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-UASI u tal-osservanza tal-prinċipju ta' kontradittorju

____________