Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Duravit et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Ksur uniku u kontinwu – Oneru tal-prova – Multi – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Nulla poena sine lege”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Duravit AG (Hornberg, il-Ġermanja); Duravit SA (Bischwiller, Franza); u Duravit BeLux SPRL/BVBA (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Bechtold, U. Soltész u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn P. Thyri, avukat)

Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 4185 finali tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.DispożittivIl-punt 8 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi li Duravit AG, Duravit BeLux SPRL/BVBA u Duravit SA kienu pparteċipaw fi ksur fit-territorji tal-Italja, tal-Awstrija u tal-Pajjiżi l-Baxxi.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Duravit AG, Duravit BeLux u Duravit SA għandhom ibatu tlett kwarti mill-ispejjeż tagħhom.Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż imġarrba minn Duravit AG, Duravit BeLux u Duravit SA, kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.