Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2024 – Lufthansa AirPlus Servicekarten vs EUIPO – Repsol (R+)

(Kawża T-241/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH (Neu Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Repsol, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea R+ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 606 489

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1433/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1), 94 u 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________