Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2023 – LS vs PL

(Kawża C-291/23, Hantoch 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LS

Konvenut: PL

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwistjoni dwar jekk kinux jeżistu assi tal-patrimonju fl-Istat Membru tal-qorti adita għandha tkun ibbażata fuq il-mument tas-suċċessjoni jew fuq il-mument tal-preżentata tar-rikors?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifika fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 160, p. 140.