Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2023 – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs dm-drogerie markt Gmbh & Co.KG

(Kawża C-296/23, dm-drogerie markt)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

Konvenut: dm-drogerie markt Gmbh & Co.KG

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “indikazzjoni simili”, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali 1 , ikopri biss indikazzjonijiet inklużi f’reklam li, bħat-termini elenkati b’mod espliċitu f’dan ir-regolament, jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali fir-rigward tar-riskji tiegħu għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent jew fir-rigward tal-effikaċja tiegħu b’termini ġenerali li jnaqqsu s-sinjifikat tagħhom, jew “indikazzjoni simili” tkopri l-indikazzjonijiet kollha li, fir-rigward tar-riskji tal-prodott għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent jew fir-rigward tal-effikaċja tiegħu, jużaw termini li jnaqqsu s-sinjifikat tagħhom b’mod komparabbli għat-termini elenkati b’mod espliċitu iżda mingħajr ma jkollhom neċessarjament kontenut daqstant ġeneralizzat bħal dawn tal-aħħar?

____________

1     ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2017, L 280, p. 57 u fil-ĠU 2023, L 71, p. 43.