Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 - Wessang vs UASI - Greinwald (star foods)

(Kawża T-492/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicolas Wessang (Zimmerbach, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Greinwald GmbH (Kempten, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Bord tal-Appell tal-UASI fis-17 ta' Settembru 2008;

tilqa' l-oppożizzjoni magħmula minn Nicolas WESSANG fis-26 ta' Settembru 2005 kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark STAR FOODS + grafika Nru 004105615;

tiċħad din l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 004105615 kollha kemm hija;

tordna lill-kumpannija Greinwald GmbH tbati l-ispejjeż kollha mġarrba minn Nicolas WESSANG fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni, fil-proċedimenti ta' appell u f'dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Greinwald GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "star foods" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 - Applikazzjoni Nru 4 105 615

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks figurattiva u verbali Komunitarji "STAR SNACKS" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: Skont ir-rikorrent, teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks konfliġġenti, billi dawn jixxiebhu ħafna kemm minn perspettiva viżwali kif ukoll minn perspettiva fonetika jew kunċettwali u jirrigwardaw prodotti li jixxiebhu, jew li saħansitra huma identiċi.

____________