Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ottubru 2009 - Sun World International vs UASI - Kölla Hamburg (SUPERIOR SEEDLESS)

(Kawża T-493/08)1

("Trade mark Komunitarja - Rinunżja parzjali għar-reġistrazzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun World International LLC (Bakersfield, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Holah, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Lemke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Settembru 2008 (Każ R 1378/2007-1) dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG u Sun World International LLC.

Dispożittiv

1)    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)    Sun World International LLC hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk inkorsi mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG.    

____________

1 - ĠU C 19, 24.1.2009.