Language of document : ECLI:EU:T:2016:257





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ April 2016 – Dima vs EUIPO (Forma ta’ kaxxa miftuħa)

(Kawża T‑383/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ kaxxa miftuħa – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punt 14)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Forma inkwistjoni li hija “varjant” tal-forom abitwali tat-tip ta’ prodotti kkonċernati – Ċirkustanza li ma hijiex suffiċjenti sabiex tistabbilixxi l-karattru distintiv tat-trade mark [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punti 15-18)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma ta’ kaxxa [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punti 19, 22, 23)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2568/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ kaxxa miftuħa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dima Verwaltungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.