Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – QI et vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-868/16) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja– Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Ftehim ta’ skambju ta’ titoli favur il-banek ċentrali tal-Eurosistema biss– Parteċipazzjoni tas-settur privat – Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva – Kredituri privati – Kredituri pubbliċi – Imputabbiltà – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi – Artikolu 63(1) TFUE – Artikoli 120 sa 127 u l-Artikolu 352(1) TFUE – Dritt għall-proprjetà – Ugwaljanza fit-trattamentˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: QI u 15-il rikorrent ieħor li isimhom jidher anness mas-sentenza (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius u M. Szablewska, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Intervenjent insostenn tal-kovenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel, E. Chatziioakeimidou u J. Bauerschmidt, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kisba tal-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta’ skambju obbligatorju ta’ titoli ta’ dejn statali fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg fl-2012, bil-parteċipazzjoni ta’ investituri privati li jinvolvu l-applikazzjoni ta’ klawsoli ta’ azzjoni kollettiva, minħabba aġir u atti, b’mod partikolari, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-BĊE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

QI u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-Anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 30, 30.1.2017.