Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2011 - Jager & Polacek vs UASI (REDTUBE)

(Kawża T-488/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali REDTUBE - Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata Redtube - Nuqqas ta' ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni fit-terminu - Deċiżjoni li tiddikjara li l-oppożizzjoni titqies li ma saritx - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Regola 17 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Proċedura ex parte - Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE)Nru 216/96 - Regola 18 tar-Regolament Nru 2868/95 - Natura legali ta' komunikazzjoni tal-UASI li tinforma li oppożizzjoni ġiet iddikkjarata ammissibbli - Regola tal-paralleliżmu tal-forom u tal-actus contrarius - Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jager & Polacek GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard u T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Settembru 2009 (Każ R 442/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Jager & Polacek GmbH u RT Mediasolutions s.r.o.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Jager & Polacek GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 13.02.2010.