Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Leali u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-489/09, T-490/09 u T-56/10) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattata KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas – Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Bażi legali – Eċċess ta’ poter u użu ħażin ta’ proċedura – Multi – Tul tal-ksur – Proporzjonalità – Preskrizzjoni – Rikors għal annullament – Deċiżjoni ta’ modifikazzjoni – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Leali SpA (Odolo, l-Italja) (Kawżi T-489/09 u T-56/10); u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja) (Kawżi T-490/09 u T-56/10) (rappreżentant: G. Bellotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-489/09 u T-490/09, inizjalment R. Sauer u V. Di Bucci, sussegwentement R. Sauer u B. Gencarelli, u finalment R. Sauer u R. Striani, u, fil-Kawża T-56/10, inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat)SuġġettFil-kawżi T-489/09 u T-490/09, talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), u, sussidjarjament, talbiet għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti u, fil-Kawża T-56/10, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li temenda d-Deċiżjoni C (2009) 7492 finali.DispożittivIl-Kawżi T-489/09, T-490/09 u T-56/10 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.Ir-rikorsi huma miċħuda.Fil-Kawża T-489/09, Leali SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.Fil-Kawża T-490/09, Acciaiaerie e Ferriere Leali

Luigi Sp

A hija kkundannata għall-ispejjeż.Fil-Kawża T-56/10, Leali u Acciaierie e Ferriere Leali Luigi huma kkundannati għall-ispejjeż.