Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2009 - Jager & Polacek vs UASI - RT Mediasolutions (REDTUBE)

(Kawża T-488/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jager & Polacek GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard, T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: RT Mediasolutions s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 442/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: RT Mediasolutions s.r.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "REDTUBE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 (Applikazzjoni Nru 6 096 309)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark mhux irreġistrata "Redtube"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni meqjusa li ma saritx

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 219/96 1 flimkien mal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 2, għaliex ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha;

Ksur tal-Artikolu 80(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009, għaliex id-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni ma ġietx irrevokata kif xieraq;

Ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, b'mod partikolari ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, flimkien mal-Artikolu 41(3) tal-istess regolament, tar-Regola 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 3 u tal-Artikolu 8(3)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2869/954, għaliex ir-rikorrenti seta' jkollha aspettattivi leġittimi li l-fatt li d-dritt tal-oppożizzjoni tħallas tard ġie rrimedjat permezz tal-ħlas fiż-żmien tat-taxxa addizzjonali.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-5 ta' Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 01, p. 221).

2 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

3 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189-220).

4 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 291-296).