Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2023 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs NEW Niederrhein Energie und Wasser GmbH

(Kawża C-518/23, NEW Niederrhein Energie und Wasser)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenut: NEW Niederrhein Energie und Wasser GmbH

Domanda preliminari

L-informazzjoni li kummerċjant għandu jikkomunika skont l-Artikolu 7(1) u  (4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) 1 rigward il-mod li bih il-prezz huwa kkalkulat f’każ ta’ tarifikazzjoni bbażata fuq il-konsum għandha tiġi pprovduta b’tali mod li l-konsumatur ikun jista’, jekk ikollu għarfien tal-konsum li jikkonċerna lilu, jipproċedi b’mod awtonomu, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, għal kalkolu tal-prezz?

____________

1     ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.