Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 – Xellia Pharmaceuticals u Zoetis Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xellia Pharmaceuticals ApS (Copenhagen, id-Danimarka) u Zoetis Products, LLC (New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Hull, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 1(3), 2(3) u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali tad-19 ta’ Ġunju 2013 (Każ COMP/39229 – Lundbeck) sa fejn dawn jikkonċernaw lill-applikanti; jew

alternattivament, tiddikjara l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni parzjalment null u invalidu, u tnaqqas l-ammont tal-multa imposta; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

L-ewwel motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li r-restrizzjonijiet stabbiliti fit-tranżazzjoni kienu jeċċedu l-iskop tal-privattivi ta’ Lundbeck.

It-tieni motiv, li jallega żball ta’ liġi minħabba l-użu tal-kriterju legali żbaljat biex tiddetermina jekk Alpharma kinitx kompetitur potenzjali; u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li Alpharma kienet kompetitur potenzjali.

It-tielet motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li t-tranżazzjoni kienet tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan.”

Ir-raba’ motiv, li jallega żball ta’ liġi meta ddikjarat li kien hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 minkejja l-fatt li t-tranżazzjoni kienet tirrifletti biss l-iskop ta’ esklużjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck, li, fil-fatt, għandu jkun hemm preżunzjoni li huwa validu.Il-ħames motiv, li jallega ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi dawn ġew innotifikati tard dwar (i) l-eżistenza tal-investigazzjoni u (ii) l-oġġezzjonijiet speċifiċi tal-Kummissjoni.Is-sitt motiv, li jallega ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi d-deċiżjoni ġiet indirizzata lil Zoetis.Is-seba’ motiv, li jallega żball ta’ liġi fil-kalkolu tal-multa mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni s-serjetà limitata tal-ksur allegat u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ffissat il-multa proporzjonalment iktar mill-multa imposta fuq Lundbeck u meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-inċertezza fil-liġi, in-natura inqas serja tal-ksur, u l-iskop ġeografiku.It-tmien motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni ta’ limitu massimu tal-multa ta

’ 10 % lil A.L. Industrier abbażi tad-dħul mill-bejgħ tagħha tal-2011 minflok ma bbażat ruħha fuq id-dħul mill-bejgħ sinjifikattivament ogħla tal-2012, u b’hekk ġiegħelet lir-rikorrenti jħallsu sehe

m ikbar mill-multa.