Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 – H. Lundbeck u Lundbeck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H. Lundbeck A/S (Valby, id-Danimarka) u Lundbeck Ltd (Milton Keynes, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Subiotto, QC, u T. Kuhn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3808 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, innotifikata lir-rikorrenti fil-21 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ COMP/39226 – Lundbeck;

sussidjarjament, tannulla l-multi imposti fuq ir-rikorrenti skont din id-deċiżjoni;

b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq ir-rikorrenti skont din id-deċiżjoni;

fi kwalunkew każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-kawża; u

tadotta kwalunkwe miżura oħra li hija tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tal-konvenuta li Lundbeck u l-impiriżi l-oħra li pparteċipaw fil-ftehim kienu kompetituri reali jew potenzjali skont l-Artikolu 101(1) TFUE.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata min-naħa tal-konvenuta tar-rilevanza, fid-dawl tal-Artikolu 101(1) TFUE, tat-trasferimenti tal-flus fil-kuntest tad-diversi ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja fil-qasam tal-privattivi.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni tal-konvenuta li d-diversi ftehim bonarji fil-qasam tal-privattivi kienu jirriestrinġu, permezz tal-għan tagħhom, il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFUE hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipji stabbiliti dwar ir-restrizzjonijiet prermezz tal-għan.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-konvenuta hija żbaljata u vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn u li tiċħad it-“test tal-portata tal-privattiva”ˮ bħala standard rilevanti għall-evalwazzjoni, fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarjai fil-qasam tal-privattivi skont l-Artikolu 101(1) TFUE.Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li żnaturament, mid-deċiżjoni tal-konvenuta tiżnatura, ta l-preżentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ Lundbeck u ma tinuqqas ta’ spjegaxzzjoni b’liema mod dawn l-azzjonijiet unilaterali huma rilevanti sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE.Is-sitt motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, min-naħa tal-konvenuta, tal-fatti kollha relatati mad-diversi ftehim u fuq konklużjoni żbaljata li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom previst li kien intiż, kien imur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet ta’ privattiva ta’ Lundbeck.Is-seba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ eżami korrett tal-effiċjenzi li jirriżultaw mid-diversi ftehim skont l-Artikolu 101(3) TFUE.It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur, mid-deċiżjoni tal-konvenuta, tad-drittijiet tad-difiża ta’ Lundbeck peress li emendat l-elementi li jikkostitwixxu l-allegat ksur bejn it-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni, u dan mingħajr ma tat lil Lundbeck il-possibbiltà ta’ smigħ.Id-disa’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq l-impożizzjoni żbaljata ta’ multa fuq Lundbeck minkejja n-novità tal-kwistjonijiet fattwali u legali mqajma f’minn din il-kawża, bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.L-għaxar motiv ibbażat, b’mod iktar sussidja

rju, fuq kalkolu żbaljat min-naħa tal-konvenuta tal-multi imposti fuq Lundbeck.