Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li t-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti tiġi arkivjata.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tas-7 ta' Ġunju 2010, li jarkivja t-talba għal assistenza tar-rikorrenti tal-5 ta' Diċembru 2007;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas għad-dannu morali subit mir-rikorrenti, iffissat għal EUR 10 000, bir-riżerva ta' żieda matul il-proċedura, kif ukoll li tirrimborsa l-ispejjeż inkorsi matul il-proċedimenti prekontenzjużi;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________