Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 – Levi Strauss vs UASI – L&O Hunting Group (101)

(Kawża T-604/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Levi Strauss & Co. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : L&O Hunting Group GmbH (Isny im Allgäu, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1538/2012-2;

tikkundanna lill-konvenuta, u lill-intervenjenti fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “101” għal prodotti fil-klassijiet 13, 25 u 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 634Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 26 708 tat-trade mark verbali “501” għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal

-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja