Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2008 minn Bart Nijs kontra s-sentenza mogħtija fid-9 ta' Ottubru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/06, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-567/08 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tiddikjara l-appell bħala ammissibbli;

tiddikjara l-appell bħala fondat;

b'hekk, tannulla d-Digriet tad-9 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża F-5/07, Bart Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, ir-rikorrent jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tad-9 ta' Ottubru 2008, mogħtija fil-Kawża Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri, F-49/06, li tiċħad bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat ir-rikors li permezz tiegħu ir-rikorrent kien talab, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix promoss għall-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, il-ħlas tad-danni.

Insostenn tal-appell tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba' aggravji li jirrigwardaw:

-    żnaturament tar-rikors u tar-replika, sa fejn is-sentenza kkontestata bidlet motiv ibbażat fuq l-ineżistenza ta' att deċiżjonali tal-Awtorità tal-Ħatra, li jimplika n-nuqqas totali ta' motivazzjoni, b'motiv totalment differenti;

-    injorar u/jew żnaturament tal-provi, peress li t-TSP ma ħadhomx inkunsiderazzjoni;

-    attribuzzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova, sa fejn it-TSP kellu jeżiġi provi tal-allegazzjonijiet tal-appellata;

-    ksur tal-preżunzjoni ta' innoċenza fir-rigward tal-kundanna tal-appelant għall-ispejjeż fl-ewwel istanza.

____________