Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2024 – Bouwbenodigdheden Hoogeveen vs EUIPO – Pürschel (BIENENBEISSER)

(Kawża T-144/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bouwbenodigdheden Hoogeveen BV (Hoogeveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: H. Roerdink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sören Pürschel (Frankfurt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIENENBEISSER” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 714 834

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 793/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn it-trade mark inkwistjoni ġiet parzjalment irrevokata għall-prodotti fil-Klassi 19;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 33(7) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________