Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2024 – Guangzhou Wanglaoji Grand Health vs EUIPO – Multi Access (WANG LAO JI)

(Kawża T-127/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Guangzhou Wanglaoji Grand Health Co. Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. Groß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Multi Access Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “WANG LAO JI” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 496 906

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 328/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara invalida t-trade mark ikkontestata abbażi tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Multi Access Limited, fil-każ li din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni, għall-ispejjeż sostnuti minnhom stess;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Multi Access Limited, fil-każ li din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti minn din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (issa l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).

____________