Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Frar 2012 - Peeters Landbouwmachines vs UASI - Fors MW (BIGAB)

(Kawża T-33/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali BIGAB - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Peeters Landbouwmachines BV (Etten-Leur, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Claassen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AS Fors MW (Saue, l-Estonja) (rappreżentanti: M. Nielsen u J. Hansen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta' Novembru 2010 (Każ R 210/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Peeters Landbouwmachines BV u AS Fors MW.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Peeters Landbouwmachines BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 12.03.2011.