Language of document : ECLI:EU:T:2013:223





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It‑Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2013 — Marcuccio vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T‑355/12)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rifjut tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja li jaċċetta ittri indirizzati mir-rikorrent lill-Avukat Ġenerali Ewlieni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid fir-rigward ta’ ċerti deċiżjonijiet li jagħlqu l-istanza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-kawżi appellati — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Rifjut tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja li jaċċetta ittri mibgħuta lill-Avukat Ġenerali Ewlieni u li permezz tagħhom jintalab l-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-kawżi appellati — Rikors għad-danni — Rikors manifestament infondat fid-dritt (Artikolu 256(2) TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 62; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 17(1); Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 4(2)) (ara l-punti 14-19)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba r-rifjut tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja li jaċċetta ċerti dokumenti ppreżentati mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.