Language of document : ECLI:EU:T:2014:798





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 – Afepadi et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑354/12)

“Rikors għal annullament –Indikazzjonijiet dwar is-saħħa użati fl-ittikkettjar u r-riklamar tal-prodotti tal-ikel – Regolament (UE) Nru 432/2012 – Premessi 11, 14 u 17 – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Rikors dirett biss kontra ċerti premessi tar-Regolament Nru 432/2012 – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 25-36)

2.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 40, 41)

Suġġett

B’mod partikolari, talba għall-annullament ta’ premessi 11, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi), Elaborados Dietéticos, SA, Nova Diet, SA, Laboratorios Vendrell, SA u Ynsadiet, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.