Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Appeal Tribunal (Northern Ireland) (Ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Diċembru 2020 – CG vs Department for Communities in Northern Ireland

(Kawża C-709/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Appeal Tribunal (Northern Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CG

Konvenut: Department for Communities in Northern Ireland

Domandi preliminari

Ir-Regola 9(3)(c)(i) tal-Universal Credit Regulations (Northern Ireland) 2016 (ir-Regoli dwar il-Kreditu Universali (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016) li ġiet inkluża permezz tas-Social Security (Income-related Benefits) (Updating and Amendment) (EU Exit) Regulations (Northern Ireland) 2019) (ir-Regoli dwar is-Sigurtà Soċjali) (Benefiċċji Relatati mad-Dħul) (Aġġornament u Emenda) (Ħruġ mill-Unjoni Ewropea) (l-Irlanda ta’ Fuq) 2019), li teskludi d-dritt għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom dritt ta’ residenza domestika (awtorizzazzjoni ta’ residenza limitata) (f’dan il-każ ‘l-istatus li jippreċedi l-istatus ta’ stabbilit’ taħt Appendiċi UE tar-Regoli dwar l-Immigrazzjoni tar-Renju Unit) hija diskriminatorja u illegali (direttament jew indirettament) skont l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u hija inkonsistenti mal-obbligi tar-Renju Unit taħt il-European Communities Act 1972 (l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej tal-1972)?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, u r-Regola 9(3)(c)(i) tar-Regoli dwar il-Kreditu Universali (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016 titqies li hija indirettament diskriminatorja, ir-Regola 9(3)(c)(i) tar-Regoli dwar il-Kreditu Universali (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016 hija ġġustifikata skont l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u hija inkonsistenti mal-obbligi tar-Renju Unit taħt l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej tal-1972?

____________