Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2012 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-146/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta' Frar 2012 li jiġu applikati l-parameti intiżi fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta' Marzu 2011 għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________