Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Ottubru 2007 - US Steel Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/04)1

("Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet għas-Slovakkja għall-perijodu bejn l-2005 u l-2007 - Deċiżjoni li tindika n-nuqqas ta' intenzjoni tal-Kummissjoni li tqajjem oġġezzjonijiet - Att li ma jistax ikun is-suġġett ta' rikors- Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: US Steel Košice s.r.o. (Košice, is-Slovakja) (rappreżentanti: E. Vermulst, avocat, C. Thomas, solicitor, u D. Hueting, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: Ü. Wölker u D. Lawunmi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, ta' l-20 ta' Ottubru 2004 dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra notifikat mir-Repubblika tas-Slovakkja għall-perijodu bejn l-2005 u l-2007, konformement mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

US Steel Košice s.r.o. għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 02.04.2005