Language of document : ECLI:EU:T:2012:314





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba̕ Awla) tal-21 ta̕ Ġunju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-178/10, T‑263/10 u T‑265/10)

“Programmi operattivi tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEŻR amministrati minn Spanja — Talba għal ħlas interim — Eżistenza ta’ provi li jindikaw defiċjenza sinjifikattiva fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Miżuri li jinterrompu t-terminu għall-ħlas — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Strateġija ta’ verifika tal-kontijiet — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni li jiġi interrott it-terminu għall-ħlas ta’ talba għal ħlas interim — Att li jikkostitwixxi l-aħħar stadju ta’ proċedura speċjali distinta — Inklużjoni (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006) (ara l-punti 8-11, 18)

2.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Provi li jindikaw defiċjenza sinjifikattiva fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Rapport ta’ korp ta’ verifika tal-kontijiet nazzjonali jew Komunitarju li jinkludi l-imsemmija provi — Eżistenza — Miżuri li jinterrompu t-terminu għall-ħlas (Artikolu 317 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 91(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1828/2006) (ara l-punti 31-33)

3.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Verifika tal-kontijiet tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Approvazzjoni ta’ strateġiji ta’ verifika tal-kontijiet — Implementazzjoni tax-xogħlijiet ta’ verifika tal-kontijiet suġġetta għall-approvazzjoni tal-istrateġiji ta’ verifika tal-kontijiet — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 62(1)(a)(b), u (c)) (ara l-punti 72-74)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni li tifforma parti mid-dritt tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Inklużjoni (ara l-punti 86-88)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikoli 62(1)(c), u (2)) (ara l-punti 92, 94)

6.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Provi li jindikaw defiċjenza sinjifikattiva fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Miżuri li jinterrompu t-terminu għall-ħlas — Miżuri provviżorji — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikoli 72(2), u 91(1)) (ara l-punti 99, 100, 103, 106)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2010 (T‑178/10), tat-8 ta’ April 2010 (T‑263/10) u tal-15 ta’ April 2010 (T‑265/10) li jinformaw lill-awtoritajiet Spanjoli bl-interruzzjoni tat-terminu għall-ħlas fir-rigward ta’ ċerti talbiet għall-ħlas interim imressqa mir-Renju ta’ Spanja.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑178/10, T‑263/10 u T‑265/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.