Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Reed Exhibitions vs UASI (INFOSECURITY)

(Kawża T-633/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INFOSECURITY – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikoli 7(1)(b) u (ċ) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reed Exhibitions Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch u S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1544/2012-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INFOSECURITY bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Reed Exhibitions Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 52, 22.2.2014.