DIGRIET TAL-PRESIDENT TA’ L-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS‑SERVIZZ PUBBLIKU
25 ta’ Mejju 2007
Kawża F-92/06
Magdalena Antas
vs
Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea
“Ftehim bonarju milħuq matul laqgħa informali – Tħassir tal-kawża”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu M. Antas titlob tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kunsill, tad-9 ta’ Settembru 2005, li tiċħad it-talba tagħha għad-danni, u titlob li l-Kunsill jiġi kkundannat iħallas kumpens għad-danni li hija ġarrbet minħabba l-affiljazzjoni tardiva tagħha fl-iskema ta’ sigurtà soċjali Belġjana u nuqqasijiet oħra ta’ l-istituzzjoni, kif ukoll li l-partijiet jiġu mistiedna jilħqu ftehim, fi żmien qasir, dwar l-ammont tad-danni dovuti.
Deċiżjoni: Il-Kawża F‑92/06, Antas vs Il-Kunsill, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż hija skond il-ftehim milħuq bejn il-partijiet.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar il-kontroversja quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir ta’ kawża mir-Reġistru
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 87(5) u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 98; Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752, Artikolu 3(4))