Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Opolu (il-Polonja) fis-7 ta’ Jannar 2022 – OP

(Kawża C-21/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Opolu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OP

Parti oħra fil-proċedura: Notariusz Justyna Gawlica

Domandi preliminari

L-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li ma hijiex ċittadin tal-Unjoni Ewropea għandha d-dritt li tagħżel il-liġi tan-nazzjonalità tagħha bħala liġi li għandha tirregola s-suċċessjoni fl-intier tagħha?

L-Artikolu 75 moqri flimkien mal-Artikolu 22 tal-imsemmi Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn ftehim bilaterali li jorbot lil Stat Membru ma’ Stat terz ma jirregolax l-għażla tal-liġi fil-qasam tas-suċċessjoni iżda jindika liema leġiżlazzjoni għandha tapplika għas-suċċessjoni, ċittadin ta’ tali Stat terz li jirrisjedi fi Stat Membru marbut b’tali ftehim bilaterali jista’ jagħżel il-liġi nazzjonali?

____________

1 ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.