Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d'appel de Versailles (Franza) fit-2 ta’ Frar 2021 – JP vs Ministre de la Transition écologique, Permier ministre

(Kawża C-61/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d'appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JP

Konvenuti: Ministre de la Transition écologique, Permier ministre

Domandi preliminari

Ir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa 1 għandhom jiġu interpretati bħala li jagħtu lill-individwi, fil-każ ta’ ksur suffiċjentement serju minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tal-obbligi li jirriżultaw minnha, dritt li jiksbu mingħand l-Istat Membru inkwistjoni kumpens għad-danni kkawżati lil saħħithom li għandhom rabta kawżali diretta u ċerta mad-degradazzjoni tal-kwalità tal-arja ?

Jekk jitqies li d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jistgħu effettivament jagħtu tali dritt għal kumpens tad-danni għas-saħħa, għal liema kundizzjonijiet huwa suġġett l-għoti ta’ dan id-dritt, b’mod partikolari fir-rigward tad-data li fiha trid tiġi evalwata l-eżistenza tal-ksur attribwibbli lill-Istat Membru inkwistjoni ?

____________

1     ĠU 2008, L 152, p. 1.