Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (Il-Belġju) fis-7 ta’ Mejju 2021 – Starkinvest SRL

(Kawża C-291/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Starkinvest SRL

Domandi preliminari

Deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija li tikkundanna lil parti għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità f’każ ta’ ksur ta’ ordni ta’ waqfien tikkostitwixxi deċiżjoni li teżiġi li d-debitur iħallas il-pretensjoni tal-kreditur fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali 1 ?

Deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna lil parti għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità, għalkemm eżegwibbli fil-pajjiż ta’ oriġini, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 655/2014 fejn ma jkunux ġew finalment determinati konformement mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1215/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 2 ?

____________

1     ĠU 2014, L 189, p. 59.

2     ĠU 2012, L 351, p. 1.