Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2012 - L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/10) 

("Fondi strutturali - Għajnuna finanzjarja - Linja tal-ferrovija Budapest-Kelenföld - Székesfehérvár - Boba - VAT - Nefqa mhux eliġibbli")

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, D. Triantafyllou u V Bottka, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta' Lulju 2010, dwar il-proġett maġġuri intitolat "Bini mill-ġdid tal-linja tal-ferrovija Budapest-Kelenföld - Székesfehérvár - Boba, l-ewwel taqsima, l-ewwel fażi" u li jagħmel parti mill-programm operattiv "Trasport" li jipprevedi għajnuna strutturali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta' Koeżjoni (CCI 2008HU161PR015).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 317, 20.11.2010.