Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2013 - Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta' basket tan-nisa)

(Kawża T-409/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' basket tan-nisa - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Assenza ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta' teħid inkunsiderazzjoni ta' element kostituttiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Regola Nru 9 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Bottega Veneta International Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1247/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali li jikkonsisti fil-forma ta' basket tan-nisa bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bottega Veneta International Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.